Mill-iskeda li jmiss f’pajjiżna għandna nibdew naraw Malta’s Got Talent u nittamaw li nistennew is-sorpriżi. Sorpriżi li ħarġu f’ħafna pajjiżi fl-istess programm jew programmi simili tat-talent! Talent partikolari li saħħar lil kull min kien qed isegwi tant li l-filmat spiċċa jdur madwar id-dinja kien ta’ dan it-talent ta’ dan it-tfajjel. Tfajjel li minkejja n-nuqqas ta’ dawl, kompla bil-ħolma tiegħu taż-żfin.
Il-filmat li ħareġ minn programm ġewwa l-Indja ħalla lill-ġurija u lil kull min kien qed isegwi bla kliem. Bla kliem minħabba t-talent inkredibbli li għandu t-tfajjel u l-fatt li ħolqu korjografija mill-isbaħ li tgħid storja. Mhux faċli li wieħed joħloq xi ħaġa daqshekk kumplessa u preċiża f’kuntest normali. Tgħid ħa jkollna ċ-ċans li naraw xi ħaġa simili jew inkella xi prestazzjoni li tiġbed l-attenzjoni tad-dinja f’pajjiżna?
YouTube / SuperDance