L-Assoċjazzjoni tal-Anestetisti wriet it-tħassib dwar il-fatt li numru ta’ pazjenti żgħar li qed jiddaħħlu l-isptar. Dawn il-pazjenti qabel kienu kompletament b’saħħithom mingħajr kundizzjonijiet mediċi kroniċi hekk kif Malta qed taffaċċja żieda qawwija ta’ infezzjonijiet relatati mal-Covid-19.
L-assoċjazzjoni tenniet dak li hemm numru akbar ta’ pazjenti li jeħtieġu l-isptar u kura intensiva, dan jikkawża tħassib kbir għax dan seħħ fi żmien meta l-influwenza staġjonali kienet għadha ma bdietx.
“Il-pazjenti tal-Covid-19 fil-kura intensiva jippreżentaw sfida kbira mhux biss f’termini ta’ ammont akbar ta’ xogħol iżda wkoll importanti fid-domanda għal aktar ħaddiema u riżorsi. Dan ifisser anestetiċi aktar speċjalizzati u b’esperjenza, kif ukoll infermiera tal-kura intensiva mħarrġa speċifikament, li jipprovdu kura 24/7 lil dawk il-pazjenti,” qalet l-assoċjazzjoni fi stqarrija kmieni llum.
L-assoċjazzjoni qalet li din ir-“riżorsa umana prezzjuża”, diġà qiegħda tiġġebbed kif inhuma l-affarijiet illum aħseb u ara meta tiħdol l-influwenza. L-assoċjazzjoni saħqet li hemm limitu għall-possibbiltà ta’ din l-espansjoni.
Aktar kmieni, l-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta talbet li jiddaħħlu fis-seħħ restrizzjonijiet iktar iebsa tal-Covid-19, peress li tqajjem tħassib dwar l-ammont li dejjem qed jiżdied ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-ITU, u wissiet li dan ġa kważi mimli.
Facebook / Chris Fearne