Il-kunsill lokali tar-raħal ta’ Għajnsielem, permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom, ferħu lil Fr. Joseph Hili li llum se jkun qed jilħaq Arċipriet tal-Parroċċa t’Għajnsielem.
Huma kitbulu, “Nifirħu lil Fr. Joseph Hili li llum se jkun qed jieħu l-pussess kanoniku bħala Arċipriet tal-Parroċċa t’Għajnsielem. Nitolbu biex il-ħidma tiegħu tħalli l-ġid spiritwali fil-komunità afdata lill-kura tiegħu. Ad multos annos!”
Żiedu jispjegaw, “Il-Quddiesa Solenni tibda fil-5.30pm u se tkun immexxija mill-E.T. Mons. Anton Teuma Isqof ta` Għawdex.”
Awguri mill-qalb lill-għażiż Fr. Joseph Hili. Inżommuh fit-talb tagħna biex Alla jkompli jżomm idejh fuqu f’dan il-kapitlu ġdid li se jibda.
Facebook / Għajnsielem Local Council