"Niftakar Fih Ħafna Drabi, Għaliex Ħalla Timbru Speċjali F'Ħajti" – Wayne Aquilina

Ħafna drabi, niltaqgħu ma’ persuni f’ħajjitna li minkejja li ma nkunux qattajna ħafna ħin magħhom iħallu mpatt fuq ħajjitna. Hekk ġralu l-preżentatur ta’ ONE u sindku tal-Kalkara, Wayne Aquilina.

Wayne illum fuq il-profil ta’ Instagram fakkar tfajjel li llum għandu 10 snin. Wayne jgħid, “Illum għeluq sninu. NIttama biss, li llum jiċċellebra l-10 snin tiegħu”. Dan it-tfajjel jismu Amen-Jacob u Wayne ltaqa’ miegħu meta kien f’esperjenza tal-missjoni għal perjodu qasir.

Wayne jgħid li ma jafx fejn dan it-tifel jinsab, “…Li naf żgur li jinsab f’qalbi”. Wayne jesprimi x-xewqa kbira tiegħu biex jerġa jiltaqa’ ma’ dan it-tfajjel. “Tibqa’ x-xewqa fil-fond ta’ qalbi li xi darba narah u nħaddnu miegħi” jagħlaq Wayne. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI