“Niftakarni Nara L-Poster U Nħażżeż Fuq Pitazz Nipprova Nimmaġina Kif Se Tkun Il-Pantomima Tal-Istitut.” – Gabriel Lia

Gabriel Lia qasam mument emozzjonanti fuq il-midja soċjali hekk kif iddeskriva kif ħolma li kellu sa minn meta kien żgħir qed issir realtà din is-sena. F’kitba mimlija emozzjoni u gratitudni, Lia stqarr li għadu ma jistax jemmen kif il-vjaġġ tiegħu wasslu fejn jinsab illum.

Huwa fakkar kif, meta kien żgħir, kien iħares lejn poster tal-pantomima tal-Istitut u jipprova jimmaġina kif kienet tkun l-esperjenza. “Minn kellu jgħidli fejn se nkun illum,” kiteb, filwaqt li ddeskriva dan il-mument bħala “ieħor ta’ twelid”, sensazzjoni li diffiċli titfisser bil-kliem.



Fil-messaġġ tiegħu, Gabriel Lia rringrazzja wkoll lil Rodney talli emmen fil-potenzjal tiegħu u għall-proċess artistiku li għaddew minnu flimkien. Skont Lia, dan il-vjaġġ għenu jkompli jiskopri mhux biss il-kapaċitajiet tiegħu stess, iżda wkoll kemm Rodney huwa artist komplut, wara diskussjonijiet twal u profondi li kellhom tul it-triq.



Il-messaġġ tiegħu ntlaqa’ b’ħafna reazzjonijiet pożittivi, b’ħafna li faħħru d-dedikazzjoni tiegħu u l-mod sinceru kif qasam din l-esperjenza personali u artistika.

Wieħed jista’ jaqta’ l-biljetti tiegħu billi jidħol HAWN.



Ritratti:

Facebook / Il-Pantomima Maltija

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI