"Nilqgħu Fostna Lil Ċikka Buhagiar" – Sean u Marilù Jsiru Ġenituri Għall-Ewwel Darba

Sean Buhagiar u Marilù Vella saru ġenituri għall-ewwel darba lbieraħ. Dan ħabbru Sean f’post fuq il-profil tiegħu fejn qasam ritratt taċ-ċkejkna tagħhom li milli jidher il-koppja ddeċidew li jsemmu Ċikka. Isem sabiħ ferm u isem Malti!





Sean u Marilù, it-tnejn midħla fit-Teatru Malti u Sean hu wieħed mill-akbar imħuħ wara l-aqwa produzzjoni li rajna f’pajjiżna. Lil Marilù ta’ sikwit narawha fuq it-televiżjoni wkoll b’xi riċetta mill-aqwa. Insomma t-tnejn li huma midħla tax-xena tal-ispettaklu, min jaf Ċikka għadx tiġbed wara l-passi tal-ġenituri tagħha?

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Sean u lil Marilù l-isbaħ xewqat bil-wasla l-ġdida tat-tifla tagħhom. Ninsabu ċerti li ħa tnissel ferħ fiż-żewġ familji tal-koppja. Awguri mill-qalb!

Facebook / iCreatemotion Photography



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI