“Ninsab Bla Kliem … Din Hija D-Dar Ta' Esprit Barthet Li Qed Titwaqqa’”

Ritratt fuq il-mezzi soċjali minn Nicoline Sagona qajjem diskussjoni sħiħa. Ritratt tad-dar tal-artist Esprit Barthet li bħalissa qed titwaqqa’ Nicoline kitbet, “Sempliċement ta’ qsim il-qalb. Jien ninsab bla kliem… Din hija d-dar ta’ Esprit Barthet li qed titwaqqa’ llum.”

Hi kompliet tgħid, “Żort lil Tessie Barthet bosta drabi waqt li kont qed nikteb it-teżi tal-undergraduate tiegħi fuq Esprit, ħadt ritratti u studjajt kull xogħol li kien imdendel fuq dawk il-ħitan.”

Nicoline tagħlaq billi tesprimi opijoni tagħha, “Personalment nemmen li d-djar ta’ artisti kbar għandhom valur akbar mill-prezz normali tas-suq, u għandhom jiġu ttrattati b’mod differenti.” Opinjoni li kien hemm min qabel magħha filwaqt li oħrajn qalu li l-valur jinsab fix-xogħol u mhux fil-binja fejn dak ix-xogħol inħadem.

X’taħseb dwar dan int?





Facebook / Vince Buhagiar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI