Raisa magħrufa għall-paġna tagħha fuq il-midja soċjali ‘My Trio’ illum tiċċelebra għeluq sninha. Hi kitbet messaġġ ta’ apprezzament fuq il-paġna tagħha biex tirringrazzja lil kull min kien hemm għaliha.
Kitbet, “Illum niċċelebra sena oħra ta’ suċċess. 35 sena li nkun jiena. Ninsab grata iżjed milli jistgħu jesprimu l-kliem, għat-tfal tiegħi, il-familja, il-ħbieb… u intom. Din il-komunita` kbira li bnejt hawn tfisser ħafna għalija. Intom kontu miegħi matul il-jiem imġienen tiegħi, il-mumenti emozzjonali, ir-rebħ li jien kburi bih, u anke matul l-iktar żminijiet diffiċli. Intom dejjem kontu hemm, u dan ma nieħdux għall-għarrieda.”
Kompliet tgħid, “Grazzi lil kull wieħed u waħda minnkom li emmintu fija u komplejtu tappoġġjawni. Niċċelebraw sena oħra ta’ suċċess, daħk, saħħa, u xi ftit ġenn fid-dar. Bi mħabba, omm ta’ tlieta.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb! Nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ!
Facebook / My Trio