"Ninsabu Bla Kliem Ixxukkjati" – Nicholas Borg Bonaci

Il-personalità Nicholas dalgħodu qam b’aħbar pjuttost kerha hekk kif skopra li tilef membru għażiż tal-familja tiegħu. Sforunatament wara d-daħk tassew jiġi l-biki għax wara l-artiklu kemxejn umoristiku lbieraħ, illum qed nirrappurtaw din l-aħbar ta’ dieqa.





Fuq il-profil tiegħu, Nicholas kiteb: “Ninsabu bla kliem ixxukkjati. Strieħ fis-sliem għażiża Mary, mhux ħa ninsewk qatt. Il-memorji sbieħ li qattajna flimkien ħa jibqgħu ġo qalbna. Kuraġġ lill-familji tagħna f’dan il-mument.”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Nicholas u lill-familja kollha tiegħu f’dan il-mument diffiċli. Kuraġġ.

Facebook / Nicholas John Borg Bonaci



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI