Jiżżewġu l-viċi sindku tar-Rabat, Matthew Chetcuti u l-imħabba ta’ ħajtu Natalia. Matthew sirna nafu aktar dwar tliet snin ilu waqt il-programm Awla, fejn il-ġenituri tiegħu tkellmu dwar il-mumenti diffiċli li affaċċjaw fi ċkunitu.
Mart Matthew, Natalia, tikteb, “Aħna mimlijin gratitudni u mħabba! Grazzi lil kull wieħed u waħda minnkom għax-xewqat sbieħ tagħkom u talli ċċelebrajtu jum it-tieġ tagħna magħna. Kien tassew unur li naqsmu dan il-mument magħkom u ferħ li narawkom ilkoll tgawdu l-ġurnata maġenbna.”
Awguri mill-qalb!