“Ninsabu Tassew Imnikkta Bil-Mewt Tal-Kollega U Ħabib Tagħna David Incorvaja” – JV Pharma

Il-paġna ta’ JV Pharma ttella’ din l-aħbar iebda dwar il-mewt ta’ David Incorvaja.

“Ninsabu tassew imnikkta bil-mewt tal-kollega u ħabib tagħna, David Incorvaja, li ħalliena dalgħodu. David kien membru prezzjuż tal-familja JV Pharma għal aktar minn 20 sena. Matul daż-żmien kollu magħna, kien magħruf għall-impenn, lealtà kif ukoll ġentilezza tiegħu, u kien ta’ kontribut qawwi għall-kumpanija tagħna u għal dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jaħdmu miegħu.
Aħna verament grati għal dak kollu li David ta lil JV Pharma, u dejjem ser nibqgħu niftakru fih b’rispett u apprezzament. Il-ħsibijiet tagħna huma mal-familja tiegħu u mal-maħbubin tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli.”

Kondoljanzi lill-familja u qraba f’dan iż-żmien tant iebes.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI