Fuq il-paġna Malta, News, Photos and People, infermiera bl-isem ta’ Angele bgħatet ritratt tagħha nnifisha u żvelat l-esperjenza tagħha fuq il-post tax-xogħol.
“Xogħlna hu speċjali. Jagħmilna ninsew min aħna. Ninqatgħu mill-affarijiet sbieħ tal-ħajja. Il-pazjenti jibdew jiġu qabilna. Il-pandemija għajjietna. Mhux se naqtgħu qalbna,” kitbet hi.
Ir-realtà ta’ dan ix-xogħol hija waħda mill-iżjed diffiċli bħalissa. Qatt ma kienet faċli li tkun infermier, imma issa sfortunatament il-frontliners għaddejjin minn livell kompletament differenti ta’ tbatija li qatt ma ffaċċjaw qabel. Solidarjetà mal-frontliners kollha.
Facebook/Malta, News, Photos and People