Fuq il-medja soċjali, l-E.T President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca żvelat li r-raġel tagħha, Edgar Preca, fl-aħħar jinsab qawwi u sħiħ id-dar wara li għadda minn kumplikazzjonijiet ta’ saħħa fiżika fl-isptar Mater Dei.
“Nirringrazzja lil Alla li Edgar reġa’ lura d-dar qawwi u sħiħ,” kitbet hi, filwaqt li kompliet tirringrazzja lill-istaff kollu li ħadu ħsieb lir-raġel tagħha. “Fl-aħħar izda mhux l-inqas, grazzi minn qalbi lil tant ħbieb u persuni oħra li tawna ħafna sapport f’dan il-perjodu ta’ taqtiegħ ta’ qalb.”
Aħna minn Gwida.mt nawguraw lil Edgar aktar saħħa tajba.
Facebook/Marie Louise Coleiro Preca