"Nirringrazzjawkom Talli Organizzajtu Burger Day Għat-Tfal U L-Familji F'Rainbow Ward" – X'Ġest Dak!

Illbieraħ, Jespers ingħaqdu ma’ Puttinu Cares biex jippruvaw itejbu l-ġurnata tat-tfal u l-familji li jinsabu f’Rainbow Ward l-isptar Mater Dei!

Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, Puttinu Cares irringrazzjaw lil Jespers, Ivan Gouder u Joseph Formosa talli lbieraħ taw l-għajnuna tagħhom biex tiġi organizzata ‘burger day’. Din l-attività kienet iddedikata għat-tfal kollha li bħalissa jinsabu fir-Rainbow Ward ġewwa l-isptar Mater Dei u l-familji tagħhom.

Għalkemm dawn it-tfal għaddejjin minn żmien diffiċli, ċerti li attivitajiet bħal dawn iferrħuhom u japprezzawhom ħafna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI