Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi ħabbar konsultazzjoni pubblika li titratta x’jixtiequ n-nies li jsir f’Għar Lapsi.
Kitbu, “Fil-jiem li għaddew, minħabba l-maltempata Harry li ħakmet lil pajjiżna, Għar Lapsi safa ikkaraterizzat minn ħsarat kbar illi biddlet kompletament il-viżwal u anke l-użu ta’ din iż-żona. Għaldaqstant, il-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jinsab impenjat biex din iż-żona ta’ Għar Lapsi terġa’ tingħata lura lin-nies u dan irriduh isir min-nies, għan-nies.”
Qalu wkoll, “Huwa għalhekk li, l-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – trámite s-Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi qiegħed iniedi konsultazzjoni pubblika, li tiffoka esklussivament fuq din iż-żona, u għalhekk qed nersqu ‘l quddiem biex nisimgħu lin-nies biex insiru nafu x’jixtiequ jaraw fir-riġenerazzjoni ta’ Għar Lapsi.”
Facebook / Id-Dipartiment tal-Informazzjoni