“Nixtieq niġbed l-attenzjoni fuq il-bypass tal-Marsa, direzzjoni ghall-Belt u kif ukoll lejn Raħal Ġdid,” kitbet mara fuq il-midja soċjali.
“Fil-biċċa ta’ qabel il-bridge, għad hemm ħafna lanes li jserrpu ġo xulxin ghall-fatt li l-linji l-antiki għadhom ma tneħħewx kompletament,” tenniet hi.
“Kemm il-darba kont għaddejja minn hemm fil-5.30am biex mmur ix-xogħol, dan l-aħħar anke bix-xita u nispiċċa npaqpaq biex ix-xufiera fil-lane ta’ ħdejjha, ma jidħlux fuqi.”
Hi spiċċat billi għamlet appell biex l-awtoritajiet jingħaqdu flimkien “sabiex tirranġaw il-lanes qabel ma jweġġa’ xi ħadd u jkun tard wisq… dawn iridu jsiru kollha bojod suriet in-nies, mhux jibqgħu kollox imserrep mal-isfar.”
