"Nista' Ngħid Li Alla Tassew Tani Dak Li L-Iżjed Hu Importanti F'Ħajti…" – Fil-Ġurnata Speċjali Ta' Pierre Cordina

Il-preżentatur u DJ Pierre Cordina tefa’ messaġġ mill-isbaħ fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni li tant ġabulu hena u kuntentizza f’ħajtu – martu u bintu. Dan fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. 

Pierre jikteb li “Il-motto ta’ ħajti dejjem kien “Futur mill-aqwa jiddependi minnek…”… Hekk kif nara l-grazzji kollha li ngħatajt, anke wara żminijiet diffiċli u ta’ sfida, nista’ ngħid li Alla tassew tani dak li fil-fatt hu importanti fil-ħajja.” 

Hu jkompli billi jindirizza lil martu u l -bintu, “Grazzi għeżież Rebecca u Luise talli intom l-aqwa parti minni.” Nawguraw minn qalbna lil Pierre f’għeluq sninu u nixtiqulu aktar snin ta’ saħħa, hena u suċċessi!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI