Il-Kaboċċ u l-għażiża ommu, magħrufa aħjar bħala x-Xwejħa, żammewlna tant u tant kumpanija fuq il-mezzi soċjali tul il-pandemija u mhux l-ewwel darba jew tnejn nisslulna xi tbissima b’xi farsa li għamlu lil xulxin. Għalkemm ikollna nammettu li l-Kaboċċ jaqbad ħafna aktar m’ommu milli bil-kontra.

Ritratt: Facebook / Il Kabocc u xwejha
Ommu milli jidher tinsab ftit indisposta bħalissa. Fuq il-grupp pubbliku tagħhom, dalgħodu l-Kaboċċ ħalla messaġġ. Hu qal, “Bongu għalikom nitlobkom tgħidu talba għax-xwejha li tinsab ma tiflaħx… Ħalli tkun lura magħna malajr kemm jista’ jkun.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil omm il-Kaboċċ fejqan ta’ malajr. Nafu fiċ-ċert li kif tirkupra l-Kaboċċ malajr jibda jaħseb f’xi ċajta jew tnejn biex barra li jdaħħku lis-segwaċi tagħhom, inissel tbissima ħelwa fuq fomm ommu.
Facebook / Christopher Il Kabocc