"Għadu Fit-Taqsima Tal-Kura Intensiva… Ġesù, Aħna Nafdaw Lil Francesco F'IdejK" – Is-Surmast Lelio Spiteri B'Xewqat Ta' Fejqan

Francesco huwa tifel ċkejken Malti li jinsab ġewwa Ruma jieħu l-kura fit-taqsima tal-kura intensiva. Is-surmast Lelio Spiteri xtaqt jiddedikalu messaġġ mill-qalb f’dawn il-mumenti.

“Il-ħabib tagħna Francesco għadu fit-taqsima tal-kura intensiva f’Ruma, għalkemm saħħtu ġejja dejjem ‘il quddiem. L-omm, għalkemm qiegħda Ruma wkoll, ma tistax tarah għax ma tistax tidħol ħdejh minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti. Inkomplu nitolbu għall-fejqan sħiħ ta’ dan it-tifel ċkejken.

Is-Sur Spiteri jagħti t-tama u l-kuraġġ u jkompli bil-kliem; “Fejn ma tidħolx ommu u aħna, jidħol Hu permezz tal-idejn u l-ħiliet abbli tal-professuri u l-infermiera.  Mulej Ġesu’, aħna nafdaw lil Francesco f’idejK. Grazzi.”





Nawgurawlek fejqan ta’ malajr Francesco! Kuraġġ ċkejken!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI