Lil Karin Duff forsi tagħrafha bħala l-kantanta fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta, iżda hi wkoll midwife li fuq il-midja soċjali għadha kif żvelat il-ħajja kiefra li ilha tgħix tul dawn l-aħħar 7 xhur.
“Minn Marzu ilna naħdmu kemm nifilħu fl-isptar, nagħmlu l-almu tagħna biex in-nies jinżammu sikuri, sal-punt li m’għandniex nies biex jaħdmu biżżejjed u ninsabu għajjenin mejta,” bdiet hi.
“Nilbsu l-maskri u l-viżieri tagħna għal 12-il siegħa sħaħ (mhux it-30 minuta li trid tilbes int waqt li tkun fis-supermarket). Aħna wkoll għandna familji u maħbubin li rridu nżommu sikuri, ninkwetaw kuljum meta dan se jolqotna.”
“Allura jiddispjaċini li hi emozzjonali għal dawk li għandhom jerġgħu jibdew jaħdmu. U nifhem tassew il-paniku li intom ilkoll tħossu. Imma aħna ilna nħossu dan għal dawn l-aħħar 7 xhur.”
“Nittama li kulħadd jieqaf jieħu l-affarijiet for granted. Aħsel idejk u ilbes il-maskra tiegħek, sabiex inkunu nistgħu nirbħu dan il-virus. Jien irrid nerġa’ ngħannaq lin-nies mill-ġdid.”
Facebook/Karin Duff