Illum Celine Paris tiċċelebra għeluq sninha. F’din il-ġurnata Celine dejjem turi l-gratitudni tagħha li għaddiet sena oħra u b’entużjażmu tħares ‘il quddiem għal dak li jmiss.
Celine lbieraħ kitbet, “Nixtieq nirringrazzjakom għax-xewqat sbieħ f’għeluq snini. Verament irnexxielkom tagħmluli ġurnata aktar speċjali. Napprezzakom kollha!”
Celine xtaqet tirringrazzja mill-ġdid lil dawk kollha li bagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom.
Celine tibqa’ personalità maħbuba minn ħafna wara s-sehem tagħha f’produzzjonijiet bħal Deja Vu. Riċentament ħadmet parti minn waħda mill-produzzjonijiet televiżivi. Hi magħrufa wkoll għat-talent artistiku tagħha fosthom bħala stilista tax-xagħar.
Awguri mill-qalb Celine!