“Nixtieqlek Saħħa U Ġid U Dak Kollu Li Tixtieq Qalbek, Għax Hekk Jixraqlek.” – Justine Bezzina Lill-Għażiż Missierha Joe Bezzina

Ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu l-kantant Joe Bezzina. Bintu l-kantanta lokali Justine Bezzina għaddietlu messaġġ sabiex tawguralu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż. Hi tikteb, “Happy Birthday lill-aqwa missier tad-dinja! Grazzi ta’ kulma tagħmel magħna. Nixtieqlek saħħa u ġid u dak kollu li tixtieq qalbek, għax hekk jixraqlek.”



Hi żżid, “Grazzi talli dejjem insistejt magħna f’kulma nagħmlu u talli bqajt tinsisti biex ikollna kull opportunità possibbli, speċjalment fil-kant. J’Alla l-Bambin ikompli jagħtik is-saħħa ħalli nkomplu ngawduk kemm aħna l-familja tiegħek, qraba u ħbieb, kif ukoll fix-xena mużikali. Inħobbok għal dejjem.”



F’isem it-tim ta’ Gwida nawguraw lil Joe l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mill-aqwa mimlija b’ħafna mħabba, għożża u saħħa.



Ritratti:

Facebook / Joe Bezzina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI