Jeżistu tipi differenti ta’ ġugarelli li maż-żmien kienu popolari immens mat-tfal. Fosthom insibu dawn it-tip ta’ aljeni li ġenerazzjonijiet differenti ta’ tfal ilkoll kienu jixtru minnhom.
Riċentament, membru tal-grupp publiku Nostalgia Malta xerred żewġ ritratti tal-baby aliens, li kienu ġugarelli żgħar b’aljen ċkejken fihom. Kienu jgħidu li dawn jikbru, iżda bħal qisu ħadd qatt ma rnexxielu jasal s’hemm!
Bosta membri ta’ l-istess grupp qasmu esperjenzi ta’ tfulithom fil-kummenti fejn persuna partikolari qalet, “Kelli xi 4! kienu jgħidu li suppost jikber … tiegħi qatt ma kiber! Imbagħad meta kien ifetllilna inwaħluh mal-ħajt jew mas-saqaf u ommi u missieri jwerżqu magħna.”
Persuna oħra qalet, “Kull festa konna nixtru minnhom. Niftakar kemm kien għajjat missieri meta waħħalnih mas-saqaf!”
Hawn min għandu xi memorja sabiħa relatata ma’ dawn l-aljeni?