Numru ta’ ħwienet ta’ Vodafone ġew magħluqa temporanjament wara li ġie żvelat li xi impjegati attendew il-famuż party ġewwa San Ġiljan li minnu ħarġu diversi każijiet pożittivi għall-Covid-19.
Jidher li riżultat ta’ dan l-impjeganti intalbu li jaħdmu mid-dar u b’hekk spiċċaw bi staff inqas għall-ħwienet tagħhom. Is-sit Lovin’ Malta
Kelliem minn Vodafone qal ma’ Lovin Malta, “Aħna identifikajna u kkuntattjajna lil dawn l-impjegati u oħrajn li kellhom interazzjoni diretta ma’ dawn l-individwi, u qegħdin jirċievu l-appoġġ sħiħ tagħna skont il-linji gwida tal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika.”
Hu mifhum li Vodafone Malta qed taħdem mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika biex tassigura li l-ħwienet huma ndaddfa kif suppost. Barra minn hekk assiguraw li r-riskju għall-klijenti tagħhom hu wieħed minimu.
Facebook / Vodafone Malta