Numru ta’ studenti llum irritornaw lura lejn l-iskola, din is-sena minħabba s-sitwazzjoni preżenti l-istudenti qed jirritornaw ftit ftit. Issoltu mal-ewwel jum tal-iskola tibda tara ħafna u ħafna tgergir fuq il-mezzi soċjali dwar it-traffiku li qed jinħoloq minħabba l-iskejjel.
Din is-sena normalità ġdida. Hemm ġenituri li għażlu li jżommu lil uliedhom id-dar u jitgħallmu online filwaqt li oħrajn minflok qed jibagħtuhom bit-trasport, qed iwassluhom huma l-iskola biex jevitaw li t-tfal ikollhom kuntatt ma’ diversi nies.
Allura tiġi l-mistoqsija weħdiha… iltqajt ma’ traffiku dalgħodu? Aħna nistqarru li rajna xi kummenti ta’ nies igergru, “Bin-normalità ta’ lura lejn l-iskola, nilqgħu bil-qalb il-ġenn tat-traffiku.” Imma aħna l-Maltin inħobbu ngergru ftit mhux ħażin.
Għidilna hawn taħt x’taħseb!