"Ħobbu Lil Xulxin… Illum Hawn, U Għada Le"- Il-Preżentatriċi Angela Coleiro B'Parir Mill-Qalb

F’dinja li kultant kull fejn iddawwar wiċċek tara l-pika u l-ġlied, tara persuni jħallu d-dinja, tara tbatija, u fejn il-ħin ma jistenna l-ħadd, tinduna kemm tiswa l-ħajja. Tifhem għaliex l-imħabba hi rigal prezzjuż u kapaċi ssebbaħ il-ħajja.

Fid-dawl ta’ żmien fejn qed nisimgħu b’ħafna persuni li ħallew din id-dinja, parir bħal ma kitbet il-preżentatriċi Angela Coleiro, jagħmel mija fil-mija sens. Angela tappella biex inħaddnu l-imħabba bejnietna fiż-żmien qasir li għandna ngawdu lil xulxin.

“Ħobbu lil xulxin, u tintilfux fuq ħmerijiet… Għax illum hawn, u għada le,” tikteb Angela. Indubjament kienu ħafna s-segwaċi tagħha u n-nies fuq il-midja soċjali li qablu ma’ dan u fhemu eżattament il-messaġġ.

Kliem tad-deheb li hemm bżonn nattwawh. Prosit Angela!





Facebook/ Angela Coleiro



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI