"Oħti U Jien M’Għamilna Xejn Biex Ħaqqna L-Aqwa Ġenituri Fid-Dinja" – Pamela Bezzina F'Jum Għażiż Ferm

Illum jum speċjali u għażiż għal omm u missier il-kantanta Għawdxija Pamela Bezzina, dan għaliex ommha u missierha qed jiċċelebraw 48 sena miżżewġa. Pamela tistqarr, “Mhux kulħadd kellu l-opportunità li jesperjenza mħabba bla kundizzjoni u appoġġ mill-ġenituri tiegħu; oħti u jien m’għamilna xejn biex ħaqqna l-aħjar ġenituri fid-dinja u għal dan aħna grati immens!”





“Grazzi għal dak il-jum, 24.06.72, aħna min aħna, inħobbu l-mod kif inħobbu, nivvalutaw il-ħajja kif nagħmlu, aħna n-nisa li ninsabu llum,” tistqarr mill-qalb il-kantanta u artista lokali. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali!

Facebook / Joanne Formosa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI