Omm Ħadet Xokk Kbir Malli Ċemplet Biex Tistaqsi Għal Bintha Li Ħadd Ma Kien Jaf Fejn Qiegħda

Marija, tifla ta’ 3 snin marret ferħana fit-tieni jum tal-iskola primarja tagħha fil-Pieta’ lbieraħ. Wara l-iskola, hija kienet mistennija tmur fi klabb ta’ wara l-iskola fejn jieħdu ħsieb l-istudenti li l-ġenituri tagħhom jaħdmu full-time. Imma Marija ma marritx il-Klabb 3-16 fejn sippost kellha tkun. Skont is-sit Lovin Malta sippost kellha tasal għall-ħabta tas-2.30pm, iżda ntqal li hija tħalliet fuq ix-xarabank fil-garaxx tal-iskola.

Skont l-allegazzjonijiet l-omm ċemplet biex tistaqsi għal bintha u saret taf b’dak li ġara. Xxukkjata hi ċemplet lill-pulizija biex tirrapporta u aktar tard wara tliet sigħat persuna ġabitha l-Klabb 3-16 fejn it-tifla dehret imwerwra u mbikkma. Kellha ġuħ kbir u bdiet tgħid li werżqet u sejħet lil ommha kemm felħet imma ħadd ma weġibha.

Jidher li skont dawn l-allegazzjonijiet ma kienx hemm supervisor fix-xarabank biex jiċċekkja t-tfal sew u jara li kollha ħarġu. Għaldaqstant iċ-ċkejkna Marija ntesiet fuq wara tal-vettura. Jidher li l-każ għad irid ikollu xi żviluppi oħra ta’ kif u għaliex ġara dan.

 

thelesleyshow







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI