"Des minn fejn ser nibda. Din is-sena kienet bil-bosta l-iktar sena iebsa li qatt għaddejna minnha imma b'xi mod irnexxielna niġbdu lilna nfusna flimkien u nħaddnu lil xulxin. Illum hija ġurnata speċjali għax tagħlaq 17 Destiny tiegħi."
Ritratt: Facebook / Destiny Chukunyere
"Mit-tifla żgħira li xi darba konna nafu li llum saret tfajla." Hekk tibda l-messaġġ tagħha omm Destiny f'għeluq sninha. Hi tkompli dan il-messaġġ li kultant il-karattru tagħha jġenninha xi ftit, imma l-imħabba, it-tbissima, il-kariżma u l-karattru uniku tagħha jagħmilha Destiny.
Ommha tagħlaq il-messaġġ billi tawguralha f'għeluq sninha, tawguralha l-imħabba, saħħa, hena u suċċess. Il-messaġġ tagħlqu b'filmat ta' tant memorji għeżież li għexu flimkien u aħna ħsibna sabiex naqsmu dan il-filmat magħkom ukoll.
F'isem Gwida.mt nawguraw lil Destiny ġurnata mill-isbaħ, mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha. Din l-artista ta' 17-il sena ġa għamlet isem għal pajjiżna u ċertament ħa nisimgħu aktar biha fil-futur. Awguri mill-qalb!
Facebook / Destiny Chukunyere