“Żomm Id-Distanza Minn Dawk In-Nies Li Qatt Ma Jagħrfu L-Iżbalji Tagħhom U Li Jippruvaw Jġiegħluk Temmen Li Inti Żbaljat” – Dr Nicholas Briffa

Jeżistu tip ta’ nies li sfortunatament ma jafux jew ma jkunux iridu jagħrfu l-iżbalji tagħhom, u għalkemm jitrattaw persuni oħra ħażin, idawru l-kuntest kontra dak li verament hu. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fq Facebook, Dr Nicholas Briffa qasam mas-segewaċi tiegħu parir siewi rigward dan.

Hu qal, “Żomm id-distanza (speċjalment distanza emozzjonali) minn dawk in-nies li qatt ma jagħrfu l-iżbalji tagħhom u li jippruvaw jġiegħluk temmen li inti żbaljat. L-umanità hija imperfetta u l-iżball huwa parti minnha. Li tiċħad kemm il-fraġilità tiegħek kif ukoll ħtijietek ifisser li ma tkunx qiegħed tkun veritier miegħek innifsek u ma’ ħaddieħor.”





Facebook/Nicholas Briffa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI