Omm Inkwetata Dwar Binha Tistaqsi Rigward Il-Vaċċin – Il-President Biden Iħalli Lil Kulħadd Bla Kliem B'Dak Li Weġibha

Il-President Amerikan Biden kellu mistoqsija mingħand omm li kienet inkwetata dwar binha, peress li l-kundizzjoni ta’ saħtu jaf tkun ta’ theddida għalih jekk ma jirċevix il-vaċċin malajr kemm jista’ jkun. Fil-fatt l-omm tistaqsi lill-President Biden jekk hemmx pjan li persuni bħal binha jingħataw priorità.

Biden ammetta li dak li jgħid hu m’għandux poter assolut u hemm limitu kemm jista’ jintervjeni u jiddeċiedi rigward l-istruttura tat-tilqim kontra l-Covid-19. Madanakollu Biden ikun pront u minn jheddu joffri lil din l-omm inkwetata li jekk hu b’xi mod jista’ jkun ta’ għajnuna għaliha u għal binha, jinsab lest jagħmel dan.

Kulħadd inkluż l-omm ma stenniex risposta bħal din u minnufih dawk preżenti ċapċpulu għall-ġest nobbli li offra.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI