“Il-Ħajja mhux għal kulħadd hija mimlija saħħa, mhux kuladd jiflaħ jaħdem jew iqum mis-sodda…”, kiteb Ivan Gaffiero fuq il-profil ta’ facebook tiegħu.
Dan hekk kif illejla fil-programm tiegħu tar-radju fuq ONE Radio ser ikun qed jintervista lil omm ta’ 40 sena li dejjem tgħix bit-tama li ssib kilwa taqbel magħha. Ivan stqarr li din l-omm tqatta’ ħin twil kuljum fuq il-magni!
Kemm għandna għalfejn inkunu grati għal kull nitfa li għandna! Jekk taħseb li int tista’ tgħin, segwi lil Ivan Gaffiero llejla bejn l-22.00 u s-2.00 ta’ filgħodu.
Kuraġġ lil din l-omm!
Ritratt: Facebook/ Ivan Gaffiero