Omm Tiftaħ Qalbha Magħna Dwar Esperjenza Li Biddlitilha Ħajjitha

Omm tkellmet dwar il-periklu li jista’ joħloq fireplace ġewwa d-djar tagħna. F’Jannar li għadda, omm kienet qiegħda bilqiegħda tiddeverti ma’ sħabha meta s-siġġu li kienet fuqu ċeda biha b’kollox u spiċċat waqgħet mal-art. Sfortunatament, idejha spiċċat fin-nar u kellha tmur tiġri lejn l-isptar biex jikkurawha.

Minn naħa tagħhom, l-isptar stabilixxew li l-omm qed issoffri minn ħruq tat-tielet grad u wara li naddfulha il-ferita kellhom ituha wkoll il-morfina għall-uġigħ. Ma tantx kellhom kliem ta’ inkoraġġiment lejn din l-omm, għax infurmawha li ħa tibqa’ b’marka kerha ħajjitha kollha filwaqt li anke n-nervituri ġew affetwati.

Din l-omm spjegat spjegat magħna li ġurnata iva u oħra le, kien ikollha tmur għand it-tabib biex jibdillha d-dressing u jnaddafilha. Il-marka minn din il-ferita baqgħet vera kerha, imqabbża ’il barra u skomda mmens. Waħda mill-infermiera fl-uffiċju tat-tabib qaltilha biex tipprova xi cream li kienet użat it-tifla tagħha, wara li kellha każ simili.

L-omm f’dan il-punt qaltilna li kienet kemxejn iddisprata u ma kellha xejn x’titlef, allura provat il-cream Science of Skin - Solution for Scars. Kienet sorpriża mhux ftit wara jiem sħaħ ma tarax differenza, kif bdiet tuża dan il-cream bdiet tirrealizza li l-ferita bilmod qiegħda tfiq. Il-ħmura naqset b’mod drastiku u l-ferita bdiet tfieq b’rata mgħaġġla.

L-omm ikonkludiet li imnalla kien dan l-imbierek cream, Solution for Scars li grazzi għalih il-ġilda tagħha tinħass kważi normali. Barra minn hekk, tgħid li reġgħet sabet il-kunfidenza biex tilbes ilbiesi u flokkijiet bla kmiem. Speċjalment issa li beda s-sajf u li hu kważi impossibli tissaporti kmiem twal iżda kienet tħossha imbarazzata.

Ritratt: Facebook / Science of Skin

Mir-riċerka li għamilna aħna, jidher li dan il-cream jista’ jiġi applikat għal diversi tbajja fuq il-ġilda ta’ tipi differenti. Jiġifieri mhux bilfors ħruq. Dejjem tiskopri prodotti ġodda li faċilment jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għalik u għal ta’ madwarek.

Instagram / Anthony ElNazir

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI