Leander Mizzi flimkien ma’ missieru llum salvaw fekruna li huma lemħu. Din il-fekruna kienet tinsab maqbuda f’ħabel taċ-ċima tal-lampuki li inqata’ minn xi bastiment. Dan il-ħabel tela’ fil-wiċċ fejn din il-fekruna tħabblet u inqabdet fih.
Huma lemħu din il-fekruna hekk kif ma’ dan il-ħabel raw li kien hemm ħafna granċijiet li l-fekruna normalment tfittex għall-ikel.
“Żommu għajnejkom miftuħin fuq il-baħar għax dawn il-ħlejjaq aħna biss nistgħu ngħinuhom,” appella Leander.
Prosit għal dan l-att erojku!
Facebook/Leander Mizzi