Operazzjoni Ta’ Salvataġġ Għal Mara Li Kellha Bżonn Assistenza Medika Immedjata

Protezzjoni civili

Operazzjoni ta’ salvataġġ delikata saret ilbieraħ filgħodu fin-Nadur, meta mara sofriet ksur f’sieqha waqt li kienet qed timxi u kellha bżonn assistenza medika immedjata.

Timijiet ta’ salvataġġ mill-istazzjonijiet 6 u 7 tal-Protezzjoni ċivili intervjenew minnufih fuq il-post. Minħabba n-natura diffiċli tat-terren u l-aċċess limitat, l-operazzjoni kienet waħda kumplessa u teħtieġ koordinazzjoni bir-reqqa.

Il-mara ttieħdet lejn il-Port tal-Imġarr, fejn kienet qed tistenna tim mediku minn Gozo General Hospital biex jieħu ħsiebha u jkompli t-trattament meħtieġ.

Il-Protezzjoni Ċivili rringrazzjaw ukoll lill-Pulizija u lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-isptar ta’ Għawdex għall-għajnuna u l-kooperazzjoni tagħhom waqt din l-operazzjoni.

Dan l-inċident jenfasizza kemm huwa importanti li wieħed joqgħod attent meta jkun qed jimxi f’żoni diffiċli.

Kemm għandna napprezzaw l-irwol kruċjali tas-servizzi ta’ emerġenza li jintervjenu b’ħeffa u professjonalità f’sitwazzjonijiet ta’ periklu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI