Organizzazzjoni Ġdida Se Tkun Qed Twettaq Dak Li Julian Spiteri Xtaqt Jagħmel F’Ħajtu – Ġest Verament Sabiħ

Julian Spiteri, iż-żagħżugħ li miet f’inċident tat-traffiku f’April li għadda, kien kiteb lista ta’ affarijiet li xtaqt jagħmel meta kellu 17-il sena. Dik li bl-Ingliż isejħulha ‘bucket list’.

Sabiex ix-xewqat ta’ Julian xorta waħda jsiru realtà, inħolqot organizzazzjoni bl-isem ta’ ‘Julian’s Bucket List’. L-ewwel sfida se ssir fit-2 ta’ Settembru u se tkun għawma bejn Malta u Għawdex. Din se ssir minn xi familjari u ħbieb ta’ Julian u anke minn nies oħra. Il-paġna ta’ ‘Julian’s Bucket List’ inkoraġġiet lin-nies sabiex jibagħtu d-donazzjonijiet tagħhom permezz tal-pjattaforma Revolut. Id-dħul kollu se jmur għal Ladybird Foundation, li hija organizzazzjoni biex toħloq ferħ lit-tfal li jkunu marida serjament f’Malta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI