“Pa, Grazzi Talli Dejjem Kont Il-Blata Tal-Familja Tagħna… F’Kull Pass Importanti Ta’ Ħajti Kont Hemm – Tappoġġjani” – Ryan Paul Lil Missieru Paul Abela

Ryan Paul Abela

Illum hi ġurnata speċjali fil-familja tal-Maestro Ryan Paul Abela, hekk kif jiċċelebra għeluq sninu s-sostenn kbir f’ħajtu, missieru Paul. Hu kitiblu messaġġ fejn jesprimi kemm jammirah, kemm iħobbu u kemm hu grat lejn kulma għamel miegħu.

“Pa, grazzi talli dejjem kont il-blata tal-familja tagħna. Grazzi tal-valuri li għallimtni, tas-sagrifiċċji li għamilt mingħajr qatt ma stennejt xejn lura…”

F’missieru Paul, Ryan tgħallem il-valuri tal-umiltà u l-lealtà fost l-oħrajn. Jikteb li missieru kien eżempju ta’ dedikazzjoni u paċenzja.

“F’kull pass importanti ta’ ħajti kont hemm – tappoġġjani, tinkoraġġini, u kultant anke timbuttani ‘l quddiem meta kelli bżonnha l-aktar.”

Nawguraw minn qalbna lill-maħbub, bravissimu Mro. Paul Abela!

Ara l-filmat HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI