“Pa’ … Illum Taħbat Il-Ġurnata Li Fiha Għalaqt 70 Sena” – Il-Ministru Chris Bonett

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu l-mininstru Chris Bonett qasam messaġġ sabiħ tal-okkażjoni hekk kif illum qed jiċċelebra għeluq sninu missieru.

Hu qal, “Pa’ … Illum taħbat il-ġurnata li fiha għalaqt 70 sena. Tragward importanti, fuq kollox għax il-Bambin żammek b’saħħtek. B’hekk nistgħu ingawduk aħna u fuq kollox in-neputijiet tiegħek, li huma l-mimmi ta’ għajnejk. Kieku nista’ nipprova nikteb kemm influwenzajt tajjeb lili u lil ħuti, pero’ m’għandix spazju biżżejjed.”

Żied ukoll, “Pero’ għandi spazju biex ngħid din…jekk jirnexxieli nagħti lil uliedi dak li tajtni int, inkun kburi li rabbejt u tellgħajt irġiel ta’ veru. Inħobbok Pa’. Happy Birthday!”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu jum mill-isbaħ!







Ritratti:

Facebook/Chris Bonett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI