Noel D’Amato, li hu magħruf ma’ bosta fix-xena tal-ispettaklu u tal-maġija, qasam aħbar ta’ niket fuq il-midja soċjali hekk kif sfortunatament għadu kif ħalla din id-dinja missieru.
Hu ddeskriva bħala unur l-opportunità li kellu li bħalma missieru kien l-ewwel persuna li ħadnu meta twieled, hekk ukoll hu kien l-ewwel persuna li ħadnu meta twieled “fil-ħajja eterna u ta’ bla tbatija”.
“Sakemm nerġgħu niltaqgħu, pa,” temm jikteb Noel fuq il-midja soċjali.
Noffru l-kondoljanzi sinċiera tagħna!
Facebook / Noel D’Amato