"Kont Għadni Kif Għaddejt Minn Hemm!" – Paniku F'Tas-Sliema Wara Li Kienet Ser Isseħħ Traġedja

Il-paġna Malta, News, Photos and People xerrdet ritratt ta’ gallerija li milli jidher ċediet u waqgħet fuq il-bankina. Nies li kienu fil-viċin qabadhom paniku kbir u kien hemm min anke ikkummenta dwar dan l-inċident li seta’ spiċċa f’traġedja. 

Fortunatament ma weġġa’ ħadd u ma nserta ħiereġ ħadd dak il-ħin. Għadu mhux konfermat x’ikkawża l-gallerija biex iċċedi. Ir-ritratt juri kif kienet is-sitwazzjoni dak il-ħin tal-inċident.





Facebook/ Maltese Passion



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI