Il-ħanut lokali Panina qed juri apprezzament konkret lejn il-ħaddiema tas-servizzi essenzjali li qed jaħdmu bla waqfien waqt il-maltempata Harry, billi qed joffri croissant u kafè b’xejn lil dawk kollha li jinsabu fuq xogħolhom illum.
F’post fuq il-midja soċjali, Panina qalet, “Jekk illum qed taħdem fil-lokalitajiet tal-Fgura, Santa Venera, il-Gżira, in-Naxxar jew Ħaż-Żebbuġ, u d-dmirijiet tiegħek diġà jwassluk qrib wieħed mill-ħwienet tagħna, nixtiequ noffrulek kafè u croissant mingħandna bħala sinjal żgħir ta’ apprezzament.”
Il-messaġġ jinkludi wkoll ringrazzjament speċjali lil Civil Protection Malta, Malta Police Force, l-uffiċjali tal-LESA, Transport Malta, kif ukoll lil kull min jaħdem fis-servizzi essenzjali f’dawn il-kundizzjonijiet diffiċli.
Panina ħeġġet ukoll lill-pubbliku biex jagħmel il-parti tiegħu f’dan it-temp ħażin, jevita inċidenti bla bżonn u b’hekk jgħin biex dawn il-ħaddiema jibqgħu aktar siguri waqt li jwettqu dmirijiethom.
Prosit, Panina!
Facebook / Panina