Infrastructure Malta għadhom kemm ħabbru għeluq li se jkun hemm ġewwa l-Ħamrun, kif ukoll jagħtu indikazzjoni ta’ rotta alternattiva li jistgħu jużaw.
“Parti Minn Triq Schembri Minn Kantuniera Ma’ Triq Il-Kbira San Ġużepp Sa Kantuniera Ma’ Triq Mile End Il-Ħamrun, Se Tkun Magħluqa,” jiktbu Infrastructure Malta.
Ser ikun qed isir xogħol taħt l-art, fejn jgħaddi servizzi ġodda.
Il-paġna jħeġġu lill-pubbliku biex jippjana l-vjaġġ minn qabel u juża rotta alternattiva minn Triq Il-Ferrovija, il-Ħamrun.
Huma jirringrazzjaw lill-pubbliku tal-koperazzjoni.