Ħafna Maltin fuq Facebook bħalissa qed jiddiskutu l-famuża pittura bis-sħab. Mara Maltija qabdet pittur bies ipenġi fuq il-ħajt tat-tifla tagħha pittura minn stampa li sabet. Il-pittur jwiegħed li l-istampa jista’ jagħmilha.
Wasslet il-ġurnata u meta ġie biex ipenġi, l-pittura ġiet kompletament differenti. Skont il-mara l-kuluri ma jaqblux u lanqas id-disinn. “Qisni qabbadt tifla ta’ 5 snin tpenġi” tgħid il-mara. Skont din il-mara l-pittur jammetti li t-tpenġija ġiet ħażina.
Bi dritt il-mara għandha tieħu tal-ispjejjeż li kkawża dan il-pittur. Il-ħajt għandu jiġi xkatlat u miżbugħ abjad kif kien. Imma l-pittur ovvjament ma aċċettax, anzi qed jitlob li jitħallas tax-xogħol li għamel.
Int min taħseb li għandu raġun? Għandu jitħallas il-pittur? Jew il-mara għandha tfittxu tad-dani?

L-ewwel ritratt kif xtaqet il-mara. It-tieni kif għamilha l-pittur!