Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħareġ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 19-il każ ġdid u fiequ 15-il persuna oħra. Fortunatament ma kienx hemm imwiet. B’hekk, it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 289. Fl-isptar b’kollox issa hemm 9 persuni attiva għall-Covid-19 li qed jiġu rikoverati, u persuna fl-ITU.