Il-paġna uffiċjali Mellieha Fireworks kitbet dwar l-inċident li seħħ ilbieraħ viċin il-post tal-ħruq. Huma kkonfermaw li seħħ l-inċident u li l-kundizzjoni tal-persuna konċernata hi waħda tajba.
L-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Mellieħa tikkonferma li lbieraħ waqt il-kaxxa tal-ħruġ kien hemm inċident u persuna li kien viċin il-post tal-ħruq sofra xi ħruq f’partijiet minn ġismu. Nistgħu nikkonfermaw li l-persuna qiegħed fi stat tajjeb ta’ saħħa u jinsab rikoverat l-isptar għall-osservazzjoni.”
L-għaqda tirringrazzja lil dawk kollha li dejjem juru sapport f’każijiet bħal dawn speċjalment. “Tirringrazzja lil Marija Bambina talli kienet magħna biex ġie evitat inċident li seta’ kellu konsegwenzi iktar gravi,” ikomplu jiktbu.
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura fejqan ta’ malajr lill-persuna konċernata!