Persuna Tinstab Pożittiva Ġol-Iskola Ta' Santa Tereża F'Birkirkara

Tard ilbieraħ, Gerald Fenech fuq il-paġna tiegħu kkonferma li lbieraħ instab każ ieħor ta’ Covid-19 ġo skola. Din id-darba l-persuna li nstabet pożittiva taħdem ġol-Middle School ta’ Birkirkara, eżattament ġewwa Santa Tereża.

Fl-aħħar bullettin li ħareġ mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq Saħħa, ilbieraħ ġew ikkonfermati seba’ każijiet ta’ staff mill-iskola u każ ieħor fuq student. Aħbarijiet bħal dawn konna qed nistennewhom għax la l-virus jinsab fil-komunità mela ħa jidħol ukoll fl-iskejjel.

Wieħed importanti li jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa sabiex ikun sigur aktar u barra li jipproteġi lilu nnifsu b’ilbies ta’ maskri, jipproteġi lil ħaddieħor ukoll.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI