Waqt dibattitu li seħħ fuq Popolin, Dr Yanika Barbara tkellmet dwar l-isfidi li qed jaffaċjaw persuni li jkunu għadhom kif skontaw sentenza ta’ priġunerija u li jkunu qed jipprovaw jibdew ħajjithom mill-ġdid.
Tispjega li ħafna drabi dawn il-persuni minnufih jibdew iħabbtu wiċċhom ma’ problemi finanzjarji li jwassluhom sabiex jerġgħu jwettqu l-istess żbalji tal-passat u konsegwentament jerġgħu jsibu rwieħhom il-ħabs.
Dr Barbara tfisser ukoll kif ħafna drabi dawn il-persuni jibqgħu jaffaċjaw ġudizzju għall-iżball li jkunu wettqu anke snin twal wara li jkunu skontaw is-sentenza.
Issostni li dan l-ambjent jagħmilha diffiċli ferm sabiex dawn il-persuni jintegraw lura fis-soċjetà. Sostniet li b’hekk biss jista’ l-ħabs jsir “faċilità korrettiva”.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Facebook / Popolin