Persuni Ta’ Ġilda Skura Jattakkawlha Lil Missierha “Sakemm Kissrulu L-Għadam Ta’ Wiċċu”

Fuq il-midja soċjali mara qed tavża biex ma nafdawx lill-anzjani tagħna barra wara li missierha ġie attakkatt minn tliet persuni ta’ ġilda skura talli talbuh sigarett u ma kellux.

“Ilbieraħ għall-ħabta ta’ 13.00pm ġewwa l-Blata l-Bajda 3 persuni ta’ ġilda skura attakkaw lil missieri, dan kollu għax riedu sigarett u ma tahomx, ovvja għax ma jpejjipx!! Wieħed żammu minn idejh, ieħor mill-oħra u l-ieħor itih bil-ponn u bis-sieq f’wiċċu sakemm kissrulu l-għadam ta’ wiċċu,” kitbet hi.





“Dan kollu biex ħadu €40. Tisma b’dawn l-affarijiet, imma meta tmissek temmen aktar. Tafdawx lill-għeżież tagħkom, setgħet ġietni agħar. Mhux talli hekk, talli wara missieri għamlu lil nies oħra. Bis-saħħa kbira ta’ pulizija nqabdu mill-ewwel.”

“Nixtieq inkun naf min ċempillu għall-ambulanza ħa nirringrazzjah u grazzi kbira u minn qalbi lill-għassa ta’ Tas-Sliema, Ħamrun u Msida u t-tim ta’ Mater Dei. J’Alla jieħdu li ħaqqhom!”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI