Pinktober: Għaliex L-Irġiel Ma Jagħtux Każ Li Jista' Jkollhom Kanċer Tas-Sider Ukoll?

Ottubru huwa xahar ta’ għarfien għall-kanċer tas-sider u huwa magħruf bħala Pinktober. Il-kanċer tas-sider jinstab ħafna drabi fin-nisa, iżda l-irġiel jistgħu wkoll ikollhom kanċer tas-sider.

In-nies kollha, kemm jekk irġiel jew nisa, jitwieldu b’xi ċelloli u tessut tas-sider. Anki jekk l-irġiel ma jiżviluppawx sider li jipproduċi l-ħalib, iċ-ċelluli u t-tessut tas-sider tar-raġel xorta jistgħu jiżviluppaw kanċer.

Il-kanċer tas-sider fuq l-irġiel jista’ juri l-istess sintomi bħall-kanċer tas-sider fin-nisa, inkluż boċċa . Kull min jinnota xi ħaġa mhux tas-soltu dwar is-sider tiegħu, kemm jekk raġel jew mara, għandu jikkuntattja lit-tabib tiegħu immedjatament

Għalhekk huwa importanti li tagħmel check-up għand speċjalista dan ix-xahar jew meta tinnota irregolaritajiet fuq ġismek, kemm jekk inti raġel jew mara.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI