"Pjanijiet Ta' Kif Is-Settur Tagħna Ser Jiftaħ Mill-Ġdid Bħal Oħrajn?… Is-Settur Tagħna Huwa Mejjet…?" – Matthew James Borg

L-industrija tal-ispettaklu għadha qed tbati b’dak li ġabet magħha l-pandemija, u b’li wassal lill-awtoritajiet jiddeċiedu. Minkejja qed noqorbu lejn il-ħajja b’normalita ġdida, l-artisti qed ikollhom jibgqgħu imdendlin dwar meta ħa jkunu jistgħu jaħdmu x-xogħol tagħhom kif suppost. 

Il-kantant u mużiċist Matthew James Borg tefa’ ħsieb dwar dan fuq il-profil, fejn hu jistaqsi meta ser terġa’ topera mill-ġdid l-industrija tal-artisti. “Il-Covid-19 ħa tibqa’ magħna. Naqbel! Pjanijiet ta’ kif is-settur tagħna ser jiftaħ mill-ġdid bħal oħrajn? Jew ħa jkollna nibdlu s-setturi? Is-settur tagħna huwa mejjet fid-‘dinja l-ġdida ta’ wara l-Covid-19′?”

Diversi kkummentaw u qablu ma’ Matthew James, u tennew li għaddejjin minn mumenti diffiċli hekk kif qed jiġu mċaħħda mid-dritt li jaħdmu. Il-MEIA u l-artisti kollha għadhom qed isemmgħa leħinhom wkoll favur l-artist u l-industrija tal-ispettaklu. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI